Bl-Ingliż
AQBEŻ L-ISFEL   |  LURA
University of Malta

L-Università ta' Malta

linebreak

Department of Manufacturing Engineering

Dipartiment ta' l-Inġinerija tal-Manifattura

linebreak


Department of Computer Science and AI

Dipartiment tax-Xjenza tal-Kompjuter u ta' l-Intelliġenza Artifiċjali

linebreak

www.med-vu.org

Is-Sit uffiċjali ta' l-MVU

Ċaħda u Informazzjoni Legali

1. Aċċettazzjoni

La darba tkun qed taċċessa din il-websajt, hu mifhum li inti qrajt u fhimt it-Termini u Kundizzjonijiet miktubin hawn.

2. Definizzjonijiet

F'dawn it-Termini u Kundizzjonijiet, il-kliem u frażijiet li ġejjin għandhom dawn it-tifsiriet, u jistgħu jintużaw fis-singular u fil-plural, skond kif meħtieġ:

a) "Università Virtwali Mediterranja" (MVU) huwa proġett tal-EUMEDIS li hu magħmul minn istituzzjonijiet akkademiċi mir-reġjun tal-Mediterran, kif ukoll mill-Università ta' Strathclyde ta' l-iSkozja u l-Università ta' Aalborg tad-Danimarka. L-għan tal-proġett hu li permezz ta l-għaqda u kollaborazzjoni ta' dawn l-imsemmijja stituzzjonijiet akkademiċi jiġu żviluppati u mgħallma korsijiet ta' kwalita għolja permezz ta' tagħlim elettroniku (e-learning).

b) "Il-Websajt" tirreferi ghal aċċess ta' informazzjoni permezz ta' l-internet jew posta elettronika mill-MVU rigward mistoqsijiet relatati ma l-MVU u rigward il-prodotti u servizzi mogħtija mill-MVU.

3. Liċenzja

L-Università qed tipprovdilek l-użu mux esklussiv u mux trasferibbli ta' l-użu tal-websajt u xi softwer assoċjat taħt it-termini u Kundizzjonijiet spjegati hawn.

4. Użu

Il-websajt għandha tintuża biss għall-aċċess u trasferiment ta' informazzjoni relevanti għalik, u li ma tistax tiġi użata biex tipprovdi servizz lil ħaddiehor, sa kemm dan mhux parti mid-dmirijiet normali tiegħek tax-xogħol. Din il-websajt ma tintużax għat-trasmissjoni ta' materjal offensiv.

5. Sid tal-websajt

L-Università hija u tibqa dejjem is-sid tad-drittijiet u ta' kwalenkwe propjeta intelletwali tal-kontenut tal-websajt. Taħt l-ebda ċirkostanza ma għandek il-permess li tippublika, tirritrasmetti, tiddistribwixxi jew inkella tirriproduċi xi materjal tal-kontenut li jidher fuq kwalunkwe paġna tal-websajt, taħt l-ebda forma, lil ħaddieħor. Inti projbit milli tuża' dan il-kontenut b'konnessjoni ma intrapriżi kummerċjali.

6. Aċċessibilità

L-MVU għandha aċċess tal-websajt 24 siegħa kuljum. Pero l-MVU m'hix responsabbli minn problemi relatati mal-manteniment tal-websajt li jirriżultaw f'nuqqas ta' aċċessibilità jew dewmien ta' informazzjoni murija fuq il-websajt.

7. Varjazzjonijiet

L-MVU izzomm id-dritt li tamenda, iżżid jew tibdel il-websajt kull meta jidrilha. Kemm-il darba jiġri dan, l-aħħar verżjoni ġdida tal-websajt issir dik uffiċjali.

8. Esklużjonijiet

i) Il-materjal fuq il-websajt huwa biss għall-użu ta' tixrid ta' informazzjoni, u għalhekk informazzjoni fuq il-websajt ma għandhiex titqies bħala parir. L-Università lanqas ma tipprovdi din l-informazzjoni biex tiġi użata għall-użu personali.

ii) L-MVU għamlet minn kollox biex tipprovdi websajt ta' livell professjonali. L-MVU ħadet il-passi kollha meħtieġa biex tassigura li l-informazzjoni tal-websajt tkun korretta, kurrenti u konformi mal-liġijiet u regoli ta' meta ġiet inawgurata il-websajt. Pero, l-MVU ma tistax tiggarantixxi li l-websajt ma għandhiex żbalji jew nuqqasijiet, għalhekk ma tista' tingħata l-ebda garanzija rigward il-preċizjoni u kompletezza tal-websajt. Konsegwentament, l-MVU ma taċċetta l-ebda tort fuq telf jew ħsara (kemm diretta, indiretta, speċjali, konsegwenzjali jew b'xi mod iehor), ġrat kif tkun ġrat, mill-użu tal-websajt. Barra minn hekk, ma tingħata l-ebda garanzija li s-servizz tal-websajt ikun mogħti tul il-ħinijiet kollha mingħajr xi interruzzjonijiet, u l-ebda tort ma jiġi aċċettat f'kaz ta' telf jew ħsarat ikkaġunati minn qtuh fis-servizz.

iii) L-MVU tipprova tassigura li l-websajt ma tkunx infettata minn xi virus, pero ma tingħata l-ebda garanzija ta' dan. Għalhekk, l-MVU ma tistax tingħata xi tort jekk ikun hemm xi telf jew ħsarat ikkaġunati minn xi virus li ma jkunx ġie identifikat mis-softwer konċernat. L-MVU għalhekk tirrakomanda li jiġi użat is-softwer personali tagħkom biex jiġu identifikati xi virus, u tieħdu azzjonijiet ta' prevenzjoni meta taċċessaw il-websajt.

iv) Inti tirrejalizza li int responsabbli mill-użu tal-websajt u r-riżultati ottenuta mill-informazzjoni tal-websajt, u li kwalunkwe garanziji, kundizzjonijiet, rapprezentazzjonijiet u termini espressi jew implikati, huma kollha esklużi mill-liġi permessa.

v) L-MVU ma terfa' l-ebda responsabbilità relatata ma hyperlinks fil-websajt li jistgħu jkunu żbaljati, mux korretti, oxxeni, abbużivi, defamatorji jew ta' natura oħra, skond kif tgħid il-ligi. Daqstant ieħor dawn it-tip ta' links ma jimplikawx xi tip ta' approvazzjoni lejn kwalunkwe websajt jew lejn il-kontenut tagħha.

9. Indennità

Inti għandek tuża s-servizz bil-ftehim ta' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet, u ma għandekx dritt bl-ebda mod tagħti t-tort lill-MVU għal kwalunkwe telf, ħsara, jew spejjeż assoċjati ma l-użu tal-websajt jew b'konsegwenza ta' ksur ta' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet min-naħa tiegħek.

10. Severabilità

Fl-eventwalità li kwalunkwe minn dawn it-Termini u Kundizzjonijiet jinstabu li huma nulli jew ma jistgħux jiġu nfurzati, dawn jistgħu jitneħħew minn din il-lista, imma l-bqija tat-Termini u Kundizzjonijiet l-oħrajn jibqgħu validi u jistgħu jiġu nfurzati.

Top

linebreak

 



Courses

Korsijiet żviluppati mill-Università ta' Malta


Il-korsijiet żviluppati fuq Moodle



Promotional

Computer Integrated Manufacturing

Computer Aided Engineering Design

LINUX Operating Systems Principles


MVU

Il-Maltin li ħadmu fil-proġett


Latest

Aħbarijiet

Rassenja Stampa / Medja


Eumedis