L-Università Virtwali Mediterranja huwa l-isem mogħti lil proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja, u li huwa kkordinat mill-Università ta' Strathclyde (Glasgow, Skozja). L-għan ta' dan il-proġett hu li jibni Università Virtwali bejn ħdax-il istittuzjoni mir-reġjun tal-Mediterran biex flimkien jiżviluppaw korsijiet f'suġġetti varji li jiġu mgħallma permezz ta' tagħlim elettroniku (magħruf aktar bħala e-learning). Permezz ta' l-Università Virtwali Mediterranja, parteċipanti ta' dawn il-korsijiet imsemmija jistgħu jitgħallmu suġġetti ġodda fil-kumdita tagħhom permezz ta' kontenut ta' kwalita għolja hafna. Il-korsijiet ta' l-Università Virtwali Mediterranja jikkonċentraw fuq suġġetti relatati max-Xjenza tal-Kompjuter u ma l-Inġinerija.
Erbgħa mill-korsijiet ġew żviluppati mill-Università ta' Malta, tnejn mid-Dipartiment ta' l-Inġinerija tal-Manifattura (DME), u tnejn mid-Dipartiment tax-Xjenza tal-Kompjuter u ta' l-Intelliġenza Artifiċjali (CSAI).
![]()
Drittijiet ta' l-Awtur 2006 © Università Virtwali Mediterranja.
Ċaħda u Informazzjoni Legali

